Brad Pitt Jirbaħ Nofs Il-Kustodja tat-Tfal Minuri Li Għandu M’Angelina

 Brad Pitt Jirbaħ Nofs Il-Kustodja tat-Tfal Minuri Li Għandu M’Angelina

Wara 5 snin fil-qorti, l-imhallef John Ouderkirk, iddeċieda li Brad Pitt u Angelina Jolie għandhom jaqsmu bejniethom il-kustodja tat-tfal minuri tagħhom.

Din il-koppja li tant kienet popolari, huma ġenituri ta’ Pax li għandu 17-il sena, Zahara 16, Shiloh 14 u t-tewmin Vivienne u Knox li għandhom 12-il sena. It-tifel il-kbir Maddox li għandu 19-il sena mhuwiex suġġett dwar id-deċiżjoni tal-kustodja għaliex m’għadux minuri.

Din il-koppja li kienet magħrufa bħala “Brangelina”, iltaqghu fuq is-sett tal-film “Mr & Mrs Smith” fl- 2005.

Ritratt: Fox News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com