Brian Tonna Jsostni Li Konrad Mizzi M’Għandu X’Jaqsam Xejn
Waqt il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC), illum, l-eks direttur ta’ Nexia BT Brian Tonna reġa’ deher għar-raba’ darba biex iwieġeb il-mistoqsijiet b’rabta mar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-Electrogas.
Brian Tonna tenna li l-persuna li isimha ma jistax isemmieh, issuġġeriet lil MacBridge u 17 Black bħala target companies tal-kumpaniji li nfetħu minn Mossack Fonseca. Saħaq li ma nvestigax dawn il-kumpaniji għaliex assuma li huma kumpaniji tal-gaming u r-recycling.
“Konrad Mizzi m’għandu x’jaqsam xejn”, tenna Brian Tonna filwaqt li qal li sar jaf li Yorgen Fenech huwa s-sid tas-17 Black mill-midja u ħassu diżgustat.
Apparti hekk, qal ukoll li sal-lum, ma jafx ta’ min hi MacBridge għax ma jsegwix aħbarijiet.
Ritratt: The Report Company