Celine Dion B’Kunċert F’Malta Fl-2023
Il-kunċert tant mistenni miċ-ċelebrità ta’ fama internazzjonali Celine Dion mistenna li jsir f’pajjiżna fl-2023. Id-data eżatt hija s-6 ta’ ġunju 2023. Dan kien ikkonfermat mill-organizzaturi fejn il-kunċert inizijali, kellu jittella’ fis-27 ta’ Lulju tal-2020.
Il-biljetti għal dan il-kunert kienu nbiegħu fi ftit jiem.
L-organizzaturi qed javżaw li min għandu l-biljetti li se jkunu validi għad-data l-ġdida, inkella jitolbu rifużjoni permezz tas-sit www.showshappening.com sal-31 ta’ Lulju.