Chelsea Jerbħu L-Finali Taċ-Ċampjins League
Tard is-sibt filgħaxija, Chelsea rebħu l-finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Champions League meta f’Estadio do Dragao f’Porto l-Portugall huma għelbu lill-Manchester City 1 – 0.
Ħafna kritiċi u kummentaturi d-deskrivew din ir-rebħa bħala maġija tal-kowċ ta’ Chelsea Thomas Tuchel li irnexxilu jissupera t-tattika tal-kowċ tac-City Pep Guardiola.
L-uniku gowl tal-partita skurjaħ Kai Havertz tlett minuti minn tmiem l-ewwel taqsima wara li irnexxilu jitħol tajjeb għal dak li taħ sieħbu Mason Mount, dar mal-goalkeeper Ederson u xeħħet fix-xibka.
Fit-tieni taqsima Man. City żiedu fl-intensita tagħhom iżda quddiemhom sabu tim kompatt li għalaq l-spazzji kollha u ħa dak li ried mill-konfront.
Ritratt: BBC