Chris Fearne Jgħid Li Fil-Jiem Li Ġejjin Ser Jitħabbru R-Rilaxx Ta’ Aktar Miżuri; X’Ser Ikunu?

 Chris Fearne Jgħid Li Fil-Jiem Li Ġejjin Ser Jitħabbru R-Rilaxx Ta’ Aktar Miżuri; X’Ser Ikunu?

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Isptar Monte Karmeli, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sostna li fil-jiem li ġejjin ser jitħabbru r-rilaxx ta’ aktar miżuri kontra l-Covid-19 wara li fl-aħħar jiem u ġimgħat il-każijiet komplew jonqsu u aktar nies komplew jingħataw il-vaċċin.

Chris Fearne qal li nhar it-Tnejn kif pjanat ser ikomplu jiġu rilaxxati aktar miżuri, fosthom il-ftuħ tar-ristoranti sal-5p.m., waqt li fil-jiem li ġejjin jitħabbru d-dettalji dwar miżuri oħra. Fost dawn sa issa mhux magħruf meta ser jerġgħu jiftħu l-bars, il-gyms, it-teatri u attivitajiet oħra tad-divertiment.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com