Clinton John Saliba Maħtur President Tal-Federazzjoni Boċċi

 Clinton John Saliba Maħtur President Tal-Federazzjoni Boċċi

Matul il-ġurnata tal-Ħamis saret il-Laqgħa Generali Annwali tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi fejn Clinton John Saliba ġie maħtur President. Huwa ser ikun qed iservi għal terminu ta’ tlett snin. Saliba ser jkun qed jieħu post Vanni Fabri li serva bħala President tal-stess federazzjoni għal dawn l-aħħar snin.

Antoine Grech ġie maħtur bħala Segretarju filwaqt li Raymond Azzopardi ġie maħtur Teżorier. Bħala membri fil-Kunsill tal-Federazzjoni Klabbs tal-boċċi nsibu lill-Harold Galea, Demis Micallef, Alfred Pulis, Paddy Borg, John Borg, Stephen Buhagiar u Philip Gatt.

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali ġie deċiż li l-kampjonat nazzjonali isir wara votazzjoni bejn il-klabbs. Sittax il-klabb ivvutaw favur filwaqt li tnax il-klabb ivvota kontra. B’votazzjoni oħra ġie maqbul li l-kampjonat isir fuq żewġ rawnds. Il-logħob ser jibda isir kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis, b’logħbiet mit-tlett diviżjonijiet filwaqt li l-logħob tar-reserves ser jintlagħab fuq rawnd wieħed kull nhar ta’ Ġimgħa. Anke it-Tazza tal-Anġlu ser tintlagħab b’mod regolari.

 

Ritratt: CJS / TVM

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com