Aġġornat: “Dan Hu L-Istat Li Tħalliet Fih Id-Daħla Tal-Kunvent Tas-Sorijiet…” – Robert Cutajar
“Dan hu l-istat li tħalliet fih id-daħla tal-kunvent tas-sorijiet fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa”, tenna l-Onorevoli Robert Cutajar fejn saħaq li llum, numru ta’ ġenituri jridu jieħdu t-tfal fin-nursery tal-istess kunvent.
Sostna li ħadd minn Infrastructure Malta jew mit-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ma’ ndenja ruħu jinforma lis-sorijiet li kien ser jibda x-xogħol quddiem l-istess daħla tal-kunvent.
Sejjaħ dan l-aġir: “Tal-mistħija u bla rispett” u qal li jittama li sa dalgħodu il-periklu kellu jitneħħa.
Intant, Cutajar aġġorna l-post tiegħu billi qal li kien hemm żvilupp li wasal biex l-akkwata saret ftit aħjar milli kienet iżda staqsa għaliex Infrastructure Malta xxaħħet fil-materjal li użat u jekk dan sarx skont kif jitolbu r-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà.
Aqra iżjed: