Dan Il-Qattus Jismu Olaf U Għandu Bżonn Wheelchair

Il-komiku popolari fuq TikTok James Ryder qed jappella għall-għajnuna għal dan il-qattus permezz ta’ Facebook.
Il-qattus bl-isem ta’ Olaf għandu l-problemi f’saqajh u b’hekk jeħtieġ wheelchair. Il-wheelchair li għandu bżonn Olaf jiswa €110, iżda għandu wkoll bżonn ta’ xi flus għall-fiżjoterapija.
B’hekk Ryder qed jipprova jiġbor is-somma ta’ €300 għal Olaf u qed jappella għall-għajnuna.