Debbie Scerri Tniedi ‘Jien Mill-Ġdid’
Ilbieraħ, il-kantanta Debbie Scerri nediet ‘single’ ġdida fuq kompożizzjoni u lirika ta’ Jason Xuere bl-isem ta’ ‘Jien mill-Gdid’ akkumpanjata minn video muzikali.
Din hija kanzunetta awtobijografika, fuq stil kemxejn semi-klassiku w’ispirata minn elementi Mediterranji. Titratta l-importanza li wieħed isib lilu nnifsu fil-vjaġġ tal-ħajja mimlija b’kull tip ta’ esperjenzi tajbin u dawk ta’ diżappunt.
Fl-istess waqt, is-single twassal messaġġ pożittiv li minn dawn l-esperjenzi, ilkoll nistgħu nikbru u noħorġu iżjed b’saħħitna bħala individwi.
Ġiet irrekordjatha u mastered f`Tone Studios Malta, fuq arranġamenti mużikali ta` Jason Xuereb u Andrew Zammit. Cellist huwa Stelios Pittas.
Il-vidjo mużikali nġibed minn Victor Abela f`Robert Sammut Hall u l-Qrendi.
Il-kanzunetta hija disponibbli wkoll fuq pjattaformi digitali bhal Spotify, iTunes u Deezer, b`distribuzzjoni minn Capsounds, Germany.
Ritratti: Matthew Cutajar Icam