Dehra Ġdida Quddiem Il-Parlament U Fit-Toroq Tal-Kapitali
![Dehra Ġdida Quddiem Il-Parlament U Fit-Toroq Tal-Kapitali](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/181178383_3874237589320027_5916507993634069869_n-850x560.jpeg)
It-toroq ewlenin tal-Belt Valletta illum ngħataw dehra ġdida b’aktar pjanti u fjuri kkuluriti fl-okkażjoni tal-Valletta Green Festival.
It-8 edizzjoni tal-Valletta Green Festival qed issir bejn illum u t-Tlieta 11 ta’ Mejju. Il-qofol se jintlaħaq bl-infiorata fi Pjazza San Ġorġ li se tkun f’postha bejn nhar il-Ġimgha 7 ta’ Mejju sat-Tlieta 11 ta’ Mejju bil-lest għall-weekend ta’ Jum l-Omm.
Il-Festival qed ikun organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
![](https://www.stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/181450292_3874237799320006_2564962746124260539_n.jpeg)
![](https://www.stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/182354968_3874237882653331_3476167900955278873_n.jpeg)
https://www.facebook.com/JasonMicallefPL2013/posts/3874249189318867