Dennis Fenech Maħtur Kowċ Ta’ Senglea A.

Senglea Athletic F.C. ħabbru li Dennis Fenech ser ikun qed jmexxi lit-tim matul l-istaġun li ġej. Fenech għalhekk ser ikun qed jieħu post Clive Mizzi li r-riżenja ftit tal-ġranet ilu.
Dan ħa jkun ritorna għal Fenech mal-klabb tal-Isla wara li huwa kien mexxa lill-klabb Senglean f’żewġ okkażjonijiet oħra, matul is-sena 2001 / 2002 kif ukoll matul is-sena 2012 / 2013.
Matul il-karriera tiegħu Fenech kellu wkoll esperjenzi ma’ Valletta Football Club u anke Naxxar Lions FC.
Ritratt: Senglea Athletic