Estiż Is-Servizz Ta’ Espert Tad-Dieta

 Estiż Is-Servizz Ta’ Espert Tad-Dieta

Se jkun introdott servizz ta’ espert tad-dieta bl-iskop li tkompli l-promozzjoni ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar fost l-anzjani.

Ħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia, filwaqt li rrimarka kif is-servizz se jkun estiż u jibda jkopri d-djar tal-anzjani tal-gvern, id-djar li qegħdin taħt l-iskema PPP u taħt l-iskema tax-xiri ta’ sodod.

Dan filwaqt li se jibbenfikaw minn dan is-servizz ukoll l-anzjani li jgħixu fil-komunità u ma jistgħux joħorġu mid-dar jew huma vulnerabbli.

Farrugia spjega li l-introduzzjoni ta’ Clinical Nutrition Practice Nurse ġabet magħha l-bżonn ta’ servizz ta’ espert tad-dieta. Id-domanda għal dan is-servizz beda jiżdied kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar tal-anzjani.

L-espert se jkun qed tagħti rakkomandazzjonijiet u pariri dwar in-nutrizzjoni, l-ikel, modifiki li jkun hemm bżonn li jsiru fid-dieta, trattamenti, u gwida lill-anzjani u l-qraba tagħhom kif ukoll lill-istaff.

Ritratt: Reuben Piscopo / DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com