Fdalijiet Ta’ 215-Il Tifel U Tifla Jistabu F’Dik Li Kienet Skola Fil-Kanada
Permezz tal-użu ta’ radar apposta, li jippenetra l-art, istab li fuq l-art tal-iskola bl-isem ta’ The Kamloops Indian Residential School fil-Kanada, hemm fdalijiet ta’ studenti li attendew din l-iskola.
B’kollox ġew skoperti l-fdalijiet ta’ 215-il tifel u tifla b’etajiet varjati, iżda li jibdew minn 3 snin.
Din l-iskola kellha l-iskop li tiġbor fiha tfal indiġeni.
Jidher li l-amministraturi ta’ din l-iskola qatt ma ddokumentaw dawn l-imwiet u għalhekk rapport dwar dak li instab huwa mistenna li joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Sadanittant, it-tribù tal-lokal qed taħdem mal-inkurunatur u l-mużewijiet biex jipprova jiskopri aktar dwar din is-sejba tal-waħx bit-tama li jsibu xi informazzjoni dwar dawn l-imwiet.
Ritratt: CNN