“F’era diġitali, huwa importanti ħafna li naħsbu fil-qarrejja” – Reza Shojaei
Reza Shojaei, Fundatur tal-kumpanija Value Marketing, jingħaqad mal-aħħar serje ta’ intervisti ta’ Affiliate Grand Slam.
Reza Shojaei u l-bqija tat-tim ta’ Value Marketing għandhom missjoni ewlenija – dik li jkollhom qarrejja kuntenti u jkunu l-aqwa kumpanija editorjali indipendenti fl-industrija tal-iGaming. Qabel ma jirrakkomandaw ditta partikolari lill-qarrejja tagħhom, ir-riċerkaturi u l-kittieba ta’ Value Marketing jilagħbu diversi logħob ta’ dik id-ditta u jagħmlu l-kontrolli stretti kollha – segwi l-istorja ta’ Reza Shojaei hawn taħt.
Kif l-ewwel li dħalt fl-ispazju tal-affiljat? X’ġiegħlek tieħu din id-deċiżjoni? Minn dejjem kont iffukat fuq l-ispazju tal-Gaming?
Bdejt il-karriera tiegħi fil-bidu tas-snin 2000 fl-industrija tal-midja stampata bħala maniġer tal-proġetti u mbagħad iktar tard bħala Kap Editur. L-irwol tiegħi ppermettieli li nara x’inhu l-mod kif ir-rivisti jużaw il-format stampat biex iwasslu aħbarijiet qosra, għalkemm ma kien hemm l-ebda tibdil sinifikanti f’termini tad-disinn u l-aspetti viżwali. Imbagħad indunajt li hemm komponent nieqes u huwa għalhekk li nemmen li d-disinn u l-informazzjoni li jikkunsmaw jimxu id f’id.
B’riżultat ta’ dan, kelli l-għan li nbiddel il-pubblikazzjonijiet qodma tar-rivisti tradizzjonali u niffoka aktar fuq feature articles artikli aktar milli aħbarijiet qosra. U li nista’ ngħid hu, li dak iż-żmien, ħafna pubblikazzjonijiet ma kienux iħarsu lejn l-internet bħala kompetitur kbir.
Dan xprunani biex noħloq żewġ rivisti B2B mill-aqwa, kemm Fremtidens Byggenæring, u anki Samferdsel & Infrastruktur, it-tnejn huma xhieda ta’ prodotti b’disinn ta’ era ġdida. Dak iż-żmien, ħafna mill-kompetituri tagħna ma kinux iffukati fuq l-elementi tad-disinn fil-pubblikazzjonijiet tagħhom, u kienu l-aktar jużaw il-kliem sabiex iwasslu l-messaġġi tagħhom lil udjenza li kienet għatxana għall-istimulazzjoni viżiva.
Wara dan, ħadna l-aħjar mir-rivisti B2C tagħna u implimentajna l-istess loġika fil-pubblikazzjonijiet tagħna billi bdejna nużaw stampi attraenti, kunċetti ta’ disinn għaqlija, u feature content. Peress li konna avvanzati fejn jidħol id-disinn, ħarisna lejn l-istampa il-kbira u morna lil hinn minn stijl li jkopri l-aħbarijiet b’sempliċi kliem. Hekk kif l-era tal-internet saret iktar komuni fost il-poplu, innutajna li l-qarrejja b’demografija varjata bdew jikkunsmaw ħafna informazzjoni onlajn f’termini ta ’aħbarijiet qosra. Dan huwa kif irnexxielna niġbu l-attenzjoni tal-udjenzi tagħna fuq livell akbar bl-inklużjoni ta’ elementi tad-disinn, u bħala riżultat, il-pubblikazzjonijiet tagħna kibru kuljum. Illum, aħna kburin li ngħidu li kull rivista hija l-akbar fin-Norveġja sal-lum.
Minbarra d-disinn, l-akbar passjoni tiegħi dejjem kien il-kontenut u dan għadu jgħodd sal-ġurnata tal-lum. Mil-lat tal-affarijiet tal-industrija tal-iGaming, il-passjoni bla qis tiegħi, minbarra li naħdem bħala editur, dejjem kienet l-imħabba għall-poker, il-casinos u l-casinos onlajn. Huwa għalhekk li ma kienet xejn diffiċli li nieħu l-pass biex tibda CasinoTopp.net, li kibret sabiex saret l-akbar sit tal-casino onlajn fin-Norveġja, sena biss wara li ġiet imnieda.
Għalina, l-iktar fattur importanti biex nirnexxu huwa li niffukaw fuq il-qarrejja tagħna, u l-kontenut tagħna huwa fiċ-ċentru ta’ dan flimkien mal-fattur tad-disinn. Bħas-siti kollha tagħna, nixtiequ li l-qarrejja tagħna jkunu jafu liema kumpanija hemm wara s-sit u aħna ma niddejqux insemmu dan. Huwa importanti ħafna li nkun onest, speċjalment fuq l-internet, u nara ħafna siti affiljati tal-casino li jippruvaw jaħbu min huma, u din hija xi ħaġa li Google ma ssibx affidabbli. F’dan is-sens, dak li nagħmlu huwa purament għall-qarrejja tagħna.
Għidilna ftit aktar dwar il-mudell tan-negozju tiegħek, il-kunċett u l-kultura.
Ħafna drabi nħeġġu lill-impjegati tagħna biex jaħsbu aktar bħal sidien ta’ negozji u mhux bħal impjegati. Intihom ħafna għanijiet li nkun nixtieqhom jilħqu, li min-naħa tagħhom iżżid il-moral tagħhom u naturalment il-produttività. Fl-istess nifs, il-kultura tagħna hija mmexxija għall-aħjar tal-qarrejja tagħna u lkoll naqsmu l-istess passjoni. Għal bosta snin, ħdimt flimkien mal-ġurnalisti u ktibt jien ħafna kontenut, u dan jagħtini stampa ċara ta’ kif nimmotivaw lill-kittieba tagħna. Barra minn dan, il-kunċett tagħna huwa li nkunu onesti kemm jista’ jkun mal-qarrejja tagħna, u huwa għalhekk li npoġġuhom fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu. Dan bħal mod kif ħafna kompetituri tagħna jpoġġu l-casino online fiċ-ċentru biex jippruvaw jikkuntentawhom. Għalina iżda, il-missjoni ewlenija hija li jkollna qarrejja kuntenti u nkunu l-aħjar kumpanija editorjali indipendenti fl-industrija tal-iGaming.
Għidilna ftit aktar dwar il-prodotti u s-siti differenti tiegħek.
Aħna nħaddmu CasinoTopp.net li jiffoka fuq 3 GEOs distinti: in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Ġermanja. Aħna nħaddmu wkoll Norges.Casino u l-akbar sit tagħna huwa CasinoTopp.com li jservi għal aktar minn 120 suq u GEOs differenti. M’għandniex xi ngħidu, CasinoTopp.com huwa l-fokus ewlieni tagħna u aħna niffukaw il-maġġoranza tal-ħin tagħna biex niżguraw li huwa assolutament eċċezzjonali.
Fuq liema swieq tiffoka u qed timmira lejn xi swieq ġodda? Tara xi potenzjal fis-swieq emerġenti?
Bħalissa, aħna niffokaw fuq ħafna swieq differenti, jiġifieri: in-Norveġja, il-Kanada, il-Ġappun, u l-Ġermanja, biex insemmu xi ftit. Aħna naraw ħafna potenzjal fis-suq tal-Istati Uniti bħalissa u għalhekk qed nimmiraw li niżguraw liċenzja fl-Istati Uniti, li lkoll kemm aħna qed inħarsu’ l quddiem għaliha.
X’inhu dak li jiddistingwik minn affiljati oħra? X’jgħin biex il-prestazzjoni tiegħek tkun ta’ suċċess? X’jagħmel it-traffiku tiegħek uniku?
Nemmen li investejna ħafna fil-kontenut u n-naħa editorjali tal-affarijiet, u l-fatt li aħna indipendenti, għandu jagħtina vantaġġ. Barra minn dan, il-maġġoranza ta’ affiljati oħra joqogħdu fuq iż-żewġ naħat tal-ilqugħ billi jirrakkomandaw il-casinos tagħhom stess lil users li ma jafux. Aħna nagħlqu dan id-distakk billi naħdmu biex inkunu l-aħjar fejn jidħol l-operat ta’ staff editorjali indipendenti, bħal kull kumpanija ta’ pubblikazzjonijiet maġġuri, u huwa għalhekk li l-ġurnalisti tagħna huma kburin bix-xogħol tagħhom u m’għandhom xejn x’jaħbu jew x’jistħu.
Intom toħolqu l-materjal għall- kummerċjalizzazzjoni internament, jew tużaw xi kumpaniji oħrajn għal dan ix-xogħol?
Illum il-ġurnata mxejna milli nużaw ix-xogħol ta’ freelancers għal li nagħmlu kważi x-xogħol kollu in-house. Fil-passat, konna nużaw kumpaniji oħrajn, iżda l-kultura li għandna internament hija meraviljuża u tkompli tikber.
Kif hija strutturata l-kumpanija tiegħek, u fuq liema aspett tal-iżvilupp tan-negozju int iffukat bħalissa?
Aħna niffokaw fuq dak li jagħmilna uniċi u b’saħħitna, għalhekk niffokaw fuq il-kontenut. Wara kollox, il-kontenut huwa huwa kollox, u huwa għalhekk li aħna dejjem niżguraw li l-kontenut tagħna jkun l-aqwa, biex nagħtu lill-ġurnalisti u l-kittieba tagħna sens ta’ kburija meta jħarsu lejn kemm xogħolhom ikun qed jagħmel suċċess f’industrija iebsa.
Liema segmenti jaħdmu l-aħjar għall-marketing affiljat tiegħek, u liema huma l-aktar profittabbli? Kemm hi importanti l-attività tal-midja soċjali għan-negozju affiljat tiegħek? Kemm hu diffiċli dan bl-aġġornamenti frekwenti ta’ Google?
Biex inkun onest, ma niffokawx ħafna fuq l-aġġornamenti tal-Google. Aħna nemmnu li Google għandu l-istess viżjoni tagħna li jwassal l-aqwa informazzjoni possibbli lill-udjenza t-tajba. Dan hu għaliex irridu li l-qarrejja tagħna jiksbu l-aħjar tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom u niżguraw li l-kontenut u d-disinn tagħna jispikkaw u li l-kwalità tkun eċċezzjonali. Barra minn hekk, il-fatt li mmexxu s-siti tagħna bħal ma jitmexxew l-aqwa pjattaformi editorjali, ukoll jgħinha sabiex nilħqu l-għan tagħna li noħolqu sens ta’ fiduċja.
Ftit mistoqsijiet dwar SEO: (1) Kif inbidel l-SEO fl-aħħar ftit snin u x’għandu wieħed jistenna fis-sena jew is-sentejn li ġejjin? (2) Kif jistgħu l-esperti tal-SEO ikunu nnovattivi u jibqgħu quddiem il-kurva f’xenarju ta’ vertikali daqshekk mgħaġġla?
- M’hemm l-ebda maġija relatata ma’ SEO, diment li is-sidien tas-siti jinvestu f’kontenut editorjali tajjeb għas-swieq li joperaw fihom u jagħmluh aħjar minn dak tal-kompetituri tagħhom, is-siti jibqgħu jiksbu klassifikazzjoni tajba.
- Nemmen li l-SEO għandu jitqies bħala objettiv fit-tul u huwa għalhekk li l-esperti tal-SEO għandhom jaħsbu wkoll dwar il-users u jaħdmu id f’id mal-kittieba tal-kontenut u l-ġurnalisti biex jiżguraw li l-kwalità tas-sit tkun l-aqwa fl-aspetti kollha .
Liema kwalitajiet u ħiliet huma essenzjali f’tim / negozju affiljat?Nemmen li l-passjoni tal-persuna u l-ħiliet essenzjali jmorru id f’id. Dan huwa dak li jimmotiva lilna lkoll biex nagħmlu passi kuraġġużi sabiex nimxu ‘l quddiem. Niffukaw prinċipalment fuq kontenut mill-aqwa, filwaqt li tim li jista’ jwassal il-kontenut fuq il-livell li jmiss huwa ta’ importanza kbira wkoll.
It-teknoloġija x’rwol għandha fil-ġurnata tiegħek ta’ kuljum?
Aħna nużaw it-teknoloġija f’dak kollu li nagħmlu, kemm għall-komunikazzjoni interna, laqgħat, u anki nużaw teknoloġija ġdida li tista’ tgħin lilna jew il-qarrejja tagħna nikkunsmaw l-informazzjoni aħjar, aħna dejjem nistinkaw biex inkunu aktar avvanzati mill-bqija. Dan iwassal biex kollox jimxi ħarir.
Liema teknoloġiji emerġenti bħall-AI u big data se jkollhom impatt fuq l-industrija affiljata fl-2021 u lil hinn?
Dak hu verament diffiċli li ngħid, nara xi kumpaniji jitkellmu dwar l-AI u l-big data, iżda fl-opinjoni tiegħi, dawn it-taħditiet isiru sabiex jgħollu l-prezz tal-ishma tal-kumpaniji tagħhom.
Kif jistgħu l-affiljati jkunu aktar uniċi fil-prattiċi tagħhom?
F’era diġitali, huwa importanti ħafna li taħseb aktar dwar il-qarrejja u inqas dwar Google u l-kompetituri. Irridu dejjem inħarsu lejn l-istampa l-kbira.
Kif timmaniġġja r-relazzjonijiet mad-diversi operaturi? X’jistgħu l-operaturi u l-affiljati jagħmlu sabiex iżidu l-appoġġ bejniethom?
Biex inkun sinċier, din hija xi ħaġa iebes u dan il-qasam jeħtieġ attenzjoni kbira, fl-opinjoni tiegħi. Nirċievi ħafna messaġġi minn operaturi ġodda li jidher li qed jikbru kuljum. Dan hu għaliex naħdmu bil-ftit li nagħżlu b’mod għaqli u li naħdmu mill-qrib magħhom u nsegwuhom. Barra minn hekk, hemm diversi passi li għandna nikkunsidraw qabel ma nkunu nistgħu nidentifikaw operaturi ġodda. Apparti minn dan, ir-riċerkaturi u l-kittieba tagħna jilagħbu fil-casino magħżul u jagħmlu l-kontrolli stretti kollha qabel ma nkunu nistgħu nirrakkomandaw id-ditta partikolari lill-qarrejja tagħna.
Qatt attendejt għas-SiGMA? SiGMA Europe, l-Afrika, l-Asja, jew l-Ameriki – liema minn dawn l-erba’ wirjiet ta’ expo x’aktarx tibbukkja fid-djarju tiegħek għall-2021, jekk jippermetti l-COVID-19?
Iva, kelli l-pjaċir nattendi s-SiGMA meta bdejna u bla dubju nixtieq li nattendi għal wieħed minn dawn l-avvenimenti ta’ SiGMA wara li COVID-19 ikun taħt kontroll. Xi ħaġa mpressjonanti li għandek tinnota hawnhekk hija li għandna operazzjonijiet fis-swieq kollha tal-avvenimenti tas-SiGMA, ħlief għall-Istati Uniti. Qed nistinkaw biex niksbu liċenzja fl-istati Amerikani kollha sabiex nagħtu bidu lil CasinoTop.com fis-suq tal-Amerika ta’ Fuq.
Għidilna ftit dwarek innifsek – wara kollox, in-negozju jsir man-nies u mhux biss mal-kumpaniji! Il-passatempi tiegħek, il-ktieb favorit, il-kwotazzjoni favorita, jekk fuq livell ta’ passatempi intix dilettant tal-Gaming, eċċ.
Jien raġel sempliċi u rilassat, m’hemmx wisq x’ngħid. Il-passatempi tiegħi huma li mmur nimxi bil-kelb tiegħi Bofflee u l-karozzi tat-tlielaq dejjem kienu xi ħaġa li kont inħobb għal dawn l-aħħar 15-il sena. Ma tantx insib ħin biex naqra ħafna kotba, imma Who Moved My Cheese? ta’ Spencer Johnson ħadt ħafna gost naqrah. Naħseb li ħafna affiljati għandhom jaqraw dan dan il-ktieb peress li verament joffri ħafna għarfien interessanti. Barra minn hekk, inħobb nilgħab il-poker, filwaqt li ili plejer tal-casino u tal-casino onlajn għal dawn l-aħħar 15-il sena.
Aqra iktar dwar SiGMA Affiliate Grand Slam hawn.