FILMAT: Pamela Bezzina, Glen Vella U Oħrajn B’Kanzunetta Emozjonanti Bil-Malti

Pamela Bezzina xerrdet fuq il-midja soċjali filmat tal-esibizzjoni tagħha flimkien ma’ diversi kantanti lokali, fosthom Glen Vella, tas-silta ‘Hemm l-imħabba’.
Dan il-grupp ta’ kantanti, permezz ta’ din il-kanzunetta, fetaħ is-serata tal-Premju għall-Arti organizzata mill-Kunsill Malti għall-Arti.
“Inħossni onorata li ġejt magħżula sabiex inkun parti minn din is-serata, grazzi għal Ray Calleja u Kris Spiteri li fdawni b’din is-silta tassew għal qalbi – silta b’melodija sempliċi iżda fl-istess ħin rikka, li tirrifletti l-qalb ta’ tifla ċkejkna tixxennaq għall-paċi u għal dinja bla ġlied. Nħossni grata li qsamt din il-kanzunetta ma’ dawn il-kantanti sħabi bravissimi”, kitbet Pamela Bezzina.
Apparti minn Pamela Bezzina u Glen Vella, din il-kanzunetta fiha is-sehem tal-bravissimi Jackie Pace Delicata, Debbie Scerri, Angela Tirchett, Leontine Spiteri, Josef Tabone, Ryan Grech, Sean Borg, u Mark Bartolo.