“Frenċ Tal-Għarb Ilu Li Bassar Il-Pandemija 60 sena!”

 “Frenċ Tal-Għarb Ilu Li Bassar Il-Pandemija 60 sena!”

Maria Mifsud, li Frenċ tal-Għarb kien il-parrinu tagħha  f’kummenti mal-prgoramm ta’ TVM ‘Popolin’, qalet li Frenċ tkellem fuq il-pandemija tal-Covid-19 madwar 60 sena ilu.

Hi qalet, li kien stqarr li għad imutu ħafna nies, li l-ħwienet kienu se jkunu magħluqin u li t-toroq kienu sa jkunu vojta. Ċirkostanzi, li għexniehom fl-aħħar xhur.

Francis Xavier Mercieca, magħruf bħala Frenċ tal-Għarb kien bniedem sempliċi tar-raba’. Kif jeħles minn ġurnata xogħol fir-raba’ kien jerħilha lejn ir-remissa tefgħa ta’ ġebla bogħod minn fejn kien joqgħod biex jaqdi lin-nies. Ir-remissa, Frenċ kien idum sa tard bil-lejl u qabel jaqdi lil kulħadd ma kienx jitlaq.

Lil Frenċ kienu jgħidulu x’uġigħ kellhom, kien iħallat ingwent magħmul mix-xaħam u l-ħwawar meħudin mill-ħxejjex skont il-bżonn, kien idellek fejn meħtieġ u kien jitlob lill-Madonna Ta’ Pinu.

Frenċ kien joffri l-ingwent lin-nies u kien jgħidilhom biex ikomplu jidilkuh kull filgħaxija għal tant żmien. Fuq kollox, kien jgħidilhom biex imorru jinvistaw lill-Madonna u lil min ried jagħtih xi ħaġa tal-flus kien jgħidlu biex jagħtiha lill-Madonna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com