Ftehim Ta’ €3.717 Miljun Mal-Fondazzjoni Wens
Il-Gvern għadu kif iffirma ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Wens li tinsab fil-Kalkara fejn ser isir investiment ta’ €3.717 miljun fi tliet idjar b’riżq il-persuni b’diżabbilità. Dan l-investiment huwa kważi nofs miljun ewro aktar mill-kuntratt tal-2018
Dan tħabbar minn Julia Farrugia Portelli; Ministru għall-Inklużjoni ftit tal-ħin ilu.
Din il-Fondazzjoni apparti ż-żewġt idjar tagħha fil-Kalkara, għandha wkoll dar fil-Fgura li tinċentiva l-kunċett ta’ familja b’anqas residenti.
Dan il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti Matthew Vella, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras u mid-Direttur tal-Fondazzjoni Wens Ronald Galea.