Gaffa Tkisser Siġra Tal-Ħarrub fil-Kalkara – Is-Sindku Jitlob Azzjoni Immedjata

 Gaffa Tkisser Siġra Tal-Ħarrub fil-Kalkara – Is-Sindku Jitlob Azzjoni Immedjata

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina wera d-diżappunt tiegħu għal dak li qed jiġri fil-qasam tal-kostruzzjoni fil-Kalkara.

“Iż-żejjed kollu żejjed”, saħaq Aquilina fejn qal li l-kunsill ilu għal dawn l-aħħar xhur flimkien mar-residenti b’mod partikolari taż-żona ta’ Triq it-Turretta u Triq Patri Mattew Sultana, jitkellmu dwar il-ħniżrijiet li qed isiru f’din il-parti tal-Kalkara.

“Ma nistax nifhem kif dan l-inżvillupatur jibqa’ għaddej romblu, anke jekk ilna nitkellmu mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, mal-ERA, Superintendence of Cultural Heritage, Building Construction Authority, Pulizija, Ministeru u oħrajn. B’responsabbilta’ qed nitlob azzjoni konkreta dwar dan l-isfreġju f’raħalna”, enfasizza s-Sindku filwaqt li qal li l-Kalkara u l-Kalkariżi jixraqilhom kull rispett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com