“Għandek Qalb Iddawwar Wiċċek Minn Din Il-Kefrija?” – Glen Falzon

 “Għandek Qalb Iddawwar Wiċċek Minn Din Il-Kefrija?” – Glen Falzon

Ilbieraħ Spanja bagħtet truppi sħaħ sabiex jikkontrollaw in-numru rekord, madwar 8000, ta’ immigranti li daħlu fi Spanja mill-Marokk.

Jidher li diversi immigranti, li 1500 huma tfal, daħlu billi għamew madwar il-fences li jinsabu mal-bordura.

Il-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sánchez qal li madwar nofs l-immigranti ntbagħtu lura l-Marokk.

Fil-konfront ta’ dak kollu li qed jiġri u fil-konfront ta’ diversi kummenti ta’ kritika lejn dawn l-immigrant li daħlu fi Spanja b’mod irregolari, il-ġurnalist Glen Falzon tella’ ritratt emozzjali għall-aħħar filwaqt li staqsa, “Għandek qalb iddawwar wiċċek minn din il-kefrija?”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com