“Għandhom Jittieħdu L-Passi” – PN
Il-Partit Nazzjonalista ħa nota tar-rapport ippreżentat illum mill-Kummissarju għall-Istandards dwar dak li seħħ fil-High Commission ta’ pajjiżna fil-Ghana. Minn dan ir-rapport jidher ċar li f’din r-rappreżentanza diplomatika kien hemm l-preżenza ta’ persuna identifikata bhala “nongrata” minn Trade Malta. Persuna li tħalliet fil-post bil-konoxxenza u qbil evidenti tal-High Commissioner Malti kif ukoll tal-Ministru Carmelo Abela li kien dak iż-żmien Ministru tal-Affarijiet Barranin li ħalla kollox għaddej.
Fl-istqarrija iffirmata mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carmelo Mifsud Bonnici l-Partit Nazzjonalista qal li r-rapport fuq dan jidentifika diversi nuqqasijiet l-iktar fit-traskuraġni u l-mod leġġer li każ gravi bħal dan kellu jingħata. Mhux biss imma iktar minn hekk li informazzjoni serja bħal din ma ġietx mgħoddija lill-Kumitat Permanenti Dwar il-Ħatriet Pubbliċi.
Fl-istqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru Abela jidher ċar li fuq dan injora sejħiet varji li sarulu dwar dan l-aġir żbaljat u
ma ħax l-passi li kellu. Biha, konsegwentment, r-reputazzjoni ta’ pajjiżna se terġa’ tiġi affetwata negattivament. Din hija responsabbilta’ politika mill-iktar evidenti li għandu jġorr.
Mhux biss imma l-Ministru preżenti Evarist Bartolo invista tal-kontenut tal-istess rapport għandu minnufih isejjaħ lura lil High Commissioner preżenti sabiex kull dell jiġi immedjatment imneħħi.