Ġurnalist Arrestat Wara Li Ajruplan Kien Fuqu Ġie Ordnat Jinżel Fil-Belarus
Ajruplan tar-Ryanair li kien qed itir mill-Greċja għal-Litwanja ġie ordnat jinżel Minsk fil-Belarus. Il-Belarus qal li l-ajruplan ġie ordnat ibiddel ir-rotta minħabba biża’ li abbord kien hemm bomba.
Il-membri tal-oppożizzjoni fil-pajjiż qalu li dan sar biex jiġi arrestat il-ġurnalist Roman Protasevich li hu kritiku tal-gvern.
Il-President tal-Litwanja, Gitanas Nauseda, akkuża lill-Belarus b’azzjoni abnormali u talab għall-ħelsien immedjat tal-ġurnalist.