Ġurnata Impenjattiva Għal Destiny

Illum hija ġurnata impenjattiva għall-ambaxxatriċi Maltija, Destiny. Hekk kif Destiny għada ser tkun qegħda tipparteċipa fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest, illum wara nofsinhar Destiny ser tkun qiegħda tagħmel l-ewwel prova tas-serata tal-lejla. Illejla Destiny ser tkun qegħda tagħmel l-ewwel wirja uffiċċjali tagħha bil-kanzunetta Je Me Casse, u fit-tmien ta’ din is-serata ġurija minn kull pajjiż ser jagħtu l-vot tagħhom.
Dan il-vot ser ikollu 50% tal-voti li ser jiddeterminaw liema pajjiżi ser ikunu qegħdin jgħaddu għal finali ta’ nhar is-Sibt f’Rotterdam.
Awguri Destiny!
Ritratt: EBU / Andres Putting