Ġuvni Ta’ 17-Il Sena Waqa’ Ġo Wied

L-Uffiċċju tal-komunikazzjoni fi ħdan il-Korp qal fi stqarrija li ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara, għal xi l-11.30hrs, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’Wied Binġemma, l-Imġarr.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni l-vittma waqa’ minn xi għoli ġol-wied u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lir-raġel. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.