Gżira United Ħabbru L-Ewwel Akkwist

Gzira United F.C. ħabbru l-akkwist tad-difensur Luke Tabone mingħand Nadur Youngsters FC. Tabone mistenni li jiffirma kuntratt ta’ tlett snin mal-Maroons.
Il-plejer ta’ 23 sena qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa talenti tal-futbol Għawdxi tant li fil-bidu tal-istaġun li għadda huwa kellu prova mat-tim mil-League One Burton Albion FC fejn kien ħalla impressjoni tajba.
Tabone kien wieħed mill-pillastri fit-tim ta’ Nadur u matul l-istaġun 2019 / 2020 għen lit-tim jirbaħ il-kampjonat.
Ritratt: Gzira United