Howard Keith Jikkumenta Fuq l-Ordni Tal-Finalisti Tal-Eurovision
Howard Keith Debono jaqsam il-ħsibijiet tiegħu fuq il-midja soċjali dwar il-fatt li l-European Broadcasting Unit u l-pajjiż li qiegħed jospita l-Eurovision Song Contest din is-sena, l-Olanda mhumiex qegħdin jagħmluha faċli għal pajjiżi żgħar bħal Malta sabiex jirbħu dan il-Festival, minħabba l-ordni li fiha jkantaw il-kantanti. Minkejja li saħaq li xejn mhu impossibli, wera id-dispjaċir tiegħu li pajjiżi oħra qegħdin jaħdmu kontra l-ambaxxattriċi Maltija minħabba l-fatt li hija għandha potenzjal li tirbaħ dan il-festival.
Howard xorta waħda saħaq li l-interess ewlieni tiegħu tibqa’ l-artista u jemmen li Destiny għandha stamina b’saħħitha biżżejjed sabiex toħroġ b’saħħitha aktar minn qatt qabel!
Ritratt Prinċipali: Happening In Malta