Ħsieb Għat-Tfal Li Jgħixu F’Shelters Tal-Persuni Vittmi Ta’ Vjolenza Domestika

L-Onorevoli Rosianne Cutajar bdiet inizjattiva personali tagħha flimkien ma’ The Cake Box fejn bdiet tagħti kejk b’xejn f’għeluq snin it-tfal kollha li jagħlqu żmienhom waqt li jkunu qed jgħixu f’shelters għall-persuni vittmi ta’ vjolenza domestika.
Cutajar qalet li se tkun qed tagħti kejk lit-tfal kollha bit-tema tal-karattri favoriti tagħhom.