Ibbeatifikat Maġistrat Sqalli Maqtul Mill-Mafja

Ilbieraħ fi Sqallija ġie bbeatifikat Maġistrat Sqalli tà 38 sena li nqatel mill-Mafja fl-1990.
Jismu Rosario Livatino – żagħżugħ ta’ żmienna u li miet martri tal-ġustizzja.
Kien iservi fil-qrati ta’ Caltanisetta u ħadem bil-bosta kontra l-korruzzjoni tant li ħidmietu, wasslet għal ħafna arresti; punt li ma niżilx tajjeb mal-membri tal-Mafja.
Livatino nqatel mill-mafja Stidda, li hija mafja organizzata fi-ċentru ta’ Sqallija. Il-membri tagħha jissejħu stiddari jew stiddaroli u huma rivali tal-mafja cosa nostra. Jingħarfu permezz ta’ still bħala tattoo f’parti minn ġisimhom.