Iħalli Din Id-Dinja Leġġenda Tal-Passat Fil-Futbol Malti.. Is-Sliem U Grazzi Lolly
![Iħalli Din Id-Dinja Leġġenda Tal-Passat Fil-Futbol Malti.. Is-Sliem U Grazzi Lolly](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/80199518_3235139659893378_1018050224318316544_n.jpg)
Il-Futbol Malti tilef leġġenda tal-passat hekk kif il-Ħadd tħabbret il-mewt ta’ Lolly Debattista fl-eta’ ta’ 91 sena.
Assoċjat maż-żminijiet tad-deheb fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet ta’ Floriana li magħhom lagħab tul il-karriera kollha tiegħu bħala player.
Rebaħ ukoll l-unuri bħala kowċ ma’ Ħamrun Spartans u Valletta.
Lagħab tliet darbiet mat-Tim Nazzjonali.
Kien ukoll fl-ewwel ħdax fil-logħba inawgurali storika għat-Tim Nazzjonali fi Frar tal-1957 f’telfa ta’ 3-2 fl-Empire Stadium kontra l-Awstrija.
Lolly huwa ukol l-ewwel rebbieħ tal-unur prestiġġjuż tal-Futbol of the Year mogħti mill-Malta Football Association.
StradaRjali tibgħat il-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb tal-mibki Lolly Debattista.