Il-Bieb Kien Fuq Il-Lukkett U Mal-Isplużjoni Mbeżaq ‘Il Ġewwa

 Il-Bieb Kien Fuq Il-Lukkett U Mal-Isplużjoni Mbeżaq ‘Il Ġewwa

Bħal-lum fl-1901, kienet tpoġġiet bomba mal-bieb tal-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta. Il-bieb kien fuq il-lukkett u mal-isplużjoni, baqa’ dieħel ‘il ġewwa.

Jingħad li l-Arċisqof Pietro Pace kien baqa’ rieqed. L-għada, kien żaruh ħafna nies. Il-gvern offra 100 lira Sterlina għal min jagħti tagħrif dwar min poġġa l-bomba jew forsi seta’ kellu x’jaqsam ma’ inċidenti simili li kienu qed iseħħu f’dawk l-aħħar tliet snin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com