Il-Ġurnaliżmu Jibki T-Telfa Ta’ Felix Agius

Miet il-ġurnalist veteran u eks editur Felix Agius fl-età ta’ 73 sena. Kien magħruf għall-kitba mirquma tiegħu u anke r-reqqa u d-dettall li bih kien jikteb.
Agius kellu wkoll diploma fil-ġurnaliżmu mill-International Institute of Journalism ta’ Berlin.
Huwa beda l-karriera tiegħu madwar 50 sena ilu u kien jikteb kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż.
Irtira minn Editur tal-gazzetta Kullħadd fejn hemm kien temm il-karriera tiegħu.
Minn Stradarjali.com, insellmu l-memorja tiegħu.