Il-‘Herd Immunity’ Tintlaħaq Bħal-Lum Ġimgħa
Il-‘Herd immunity’ għall-Covid-19 f’pajjiżna, mistennija tintlaħaq bħal-lum ġimgħa, dejjem jekk il-proċess ta’ vaċċinazzjoni jibqa’ miexi sew kif inhu attwalment.
Sa issa, 61% tal-popolazzjoni adulta, ‘il fuq minn 18-il sena diġà ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Il-mira għall-herd immunity mistennija tintlaħaq fid-19 ta’ Mejju.
Fl-istess jum, ikun ifisser ukoll, li terz tal-popolazzjoni adulta tkun ħadet diġà żewġ dożi jew inkella, doża waħda mill-vaċċin Johnson & Johnson.
Herd immunity tfisser protezzjoni indiretta minn mard li jittieħed meta persentaġġ tajjeb mill-popolazzjoni, jkollha sistema immunitarja b’vaċċin jew b’mod ieħor, għal dak il-mard.
Ritratt: Sky News