“Il-Kliem Ma Jiddeskrivix X’Ħassejt…” – Destiny Timpressjona

“Il-kliem ma jistgħu qatt jiddeskrivu x’ħassejt ftit tal-minuti ilu fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest. Je me Casse qatt ma kienet daqstant tajba!”
Hekk kitbet l-Ambaxxatriċi Maltija Destiny wara li tat wirja spettakolari quddiem miljuni ta’ telespettaturi li bħalissa qed isegwu dan il-festival tant popolari.
“Issa f’idejkom”, tenniet b’appell Destiny lill-pajjiżi li qed isegwu filwaqt li awgurat li noħolqu l-istorja flimkien.