Il-Kumitat Olimpiku Malti Jniedi L-Youth Development Scheme

 Il-Kumitat Olimpiku	Malti Jniedi L-Youth Development Scheme

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar it-tnedija tal-Youth Developement Scheme. Magħrufa fil-passat bħala l-Youth Elite Scheme, l-iskema ġiet riveduta iżda tkompli tibni fuq dik preċedenti u issa tinkludi sitt kategoriji għal atleti mwielda bejn l-2004 u l-2009 kif ukoll kategorija għal atleti li għandhom il-fuq min 18 il-sena

Il-kriterji tal-għażla kienet ibbażata fuq il-livell ta’ prestazzjoni proġettat ta’ kull atleta nominat u li għalih ittieħed akkont tal-kowċ tal-atleta u l-Federazzjoni affiljata.
Il-Federazzjonijiet u l-Assoċjazzjoni kollha affiljati mal-MOC ġew mistiedna jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom. In-nominazzjonijiet kollha rċevuti ġew eżaminati bir-reqqa minn Kumitat tal-għażla mwaqqaf mill-KOM. Il-kowċis kienu meħtieġa jimlew il-valutazzjonijiet tagħhom.

“Il-Kumitat Olimpiku Malti huwa sodisfatt bil-livell ta’ komunikazzjoni kontinwa u kollaborazzjoni mill-qrib mal-Federazzjonijiet kollha. Din it-tip ta’ kooperazzjoni tiżgura l-aħjar ambjent possibbli għall-atleti tagħna biex jkomplu jiżviluppaw u jilħqu l-potenzjal tagħhom” spjegat Johanna Grech, Chairperson tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Minbarra li għandu proċess ta’ għażla bbażat fuq kriterji tekniċi u l-prestazzjoni, ir-riżultati proġettati tal-Youth Development Scheme huma tlieta – Investiment fl-iżvilupp ħolistiku ta’ l-atleta, twaqqif ta’ pjan ta’ żvilupp kontinwu u bini ta’ tim wieħed u unit għal Malta.

It-tqegħid tal-atleti f’waħda mis-sitt kategoriji kien ibbażat fuq il-prestazzjoni proġettata tagħhom.

Kategorija I – Kampjonati Dinjija /Logħob Olimpiku – 4 atleti
Kategorija II – Kampjonati Kontinentali / Global Youth Games – 12 atleta
Kategorija III – Medalji fil-GSSE – 20 atleta
Kategorija IV – Ċampjin Malti – 35 atleta
Kategorija V – Youth Development Pool – 30 atleta
Kategorija – Intermediate +18 – 7 atleti

Minbarra finanzjament monetarju l-atleti se jibbenefikaw ukoll minn numru ta’ servizzi bħall-użu tal-Laboratorju ta’ Dijanjostika Funzjonali, Psikologu ta ’l-Isport, espert ta’ nutrizzjoni sportiv, kowċing u servizzi oħra approvati li jistgħu jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien.

L- atleta magħżula se jgħaddu minn evalwazzjoni u mentoring regolari biex jiżguraw li jiksbu l-gwida u l-inkoraġġiment korretti. “Il-Kumitat Olimpiku Malti jkompli bl-impenn tiegħu b’investiment fil-futur tal-isport. L-atleti magħżula mhux biss urew impenn u dedikazzjoni iżda diġà wrew il-kapaċitajiet tagħhom billi kisbu riżultati impressjonanti ħafna. L-ammont li qed jiġi investit li huwa aktar minn € 70,000 se jikkontribwixxi biex l-atleti jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-KOM jieħu l-opportunità biex jirringrazzja lil Sport Malta tal-kontribut tagħhom lejn din l-iskema,” temm jgħid Julian Pace Bonello, President, Kumitat Olimpiku Malti.

 

Ritratt: MOC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com