“Il-Madonna Qed Taħsiblek” – Kien Jgħid Spiss Frenċ Tal-Għarb

Ismu sħiħ kien Franġisku Saverju Mercieca u twieled fit-3 ta’ Diċembru tal-1892 u miet bħal-lum, 19 ta’ Mejju tal-1967. Huwa magħruf bħala Frenċ tal-Għarb; bidwi mill-Għarb f’Għawdex.
Jingħad li kellu l-ħila jfejjaq u li kien appostlu tal-Madonna ta’ Pinu. Darba minnhom spiċċa akkużat u misjub ħati quddiem il-qorti, li kien qed juża mediċina mhux awtorizzata iżda minħabba li kellu kondotta nadifa, ma kien weħel xejn.
Meta kien ifettilu jaqsam il-fliegu, kien ikollu bosta talbiet biex iżur il-morda u kien jipprova jaqdiehom kollha.
kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u anke ltaqa’ ma’ Dun Ġorg Preca tant li anke żaru xi morda flimkien. Daru llum għadha tara ħafna nies u nbidlet f’mużew ta’ devozzjoni kbira.
Illum huwa l-54 anniversarju mill-mewt tiegħu, bniedem ta’ ruħ tajba li għen ħafna nies u żied id-devozzjoni kbira lejn il-Madonna ta’ Pinu.