Il-Ministru Owen Bonnici F’Laqgħa Man-Newroxjentista Maltija Li Taħdem Mal-Pfizer

 Il-Ministru Owen Bonnici F’Laqgħa Man-Newroxjentista Maltija Li Taħdem Mal-Pfizer

F’laqgħa virtwali ma’ Dr Charmaine Demanuele Nayak li hi newroxjentista Maltija li qed tagħmel gieħ lil pajjiżna f’Massachusetts l-Istati Uniti fi ħdan il-kumpanija rinomata Pfizer, il-Ministru Owen Bonnici ddiskuta s-suċċess tax-xjenza, il-kapaċità u l-unur li qed tagħmel hi għal pajjiżna.

Charmaine gradwat bħala Enġiniera u kompliet tistudja f’Southampton u Harvard fejn speċjalizzat f’livell ta’ Dottorat u anke għamlet Post-Doc fellowship biex illum hija direttrici tas-sezzjoni tal-biostatistika ma’ Pfizer u tiffoka dwar kif bis-saħħa tat-teknoloġija u d-dinja diġitali tista’ ttejjeb il-kura għall-pazjenti u ssib soluzzjonijiet ġodda fil-qasam tas-saħħa, partikolarment dik marbuta mal-moħħ.
Pajjiżna feraħ hekk kif ftit ilu smajna li l-kumpanija Pfizer, li ħolqot wieħed mill-vaċċini kontra l-Covid-19, iddikjarat lil Dr Demanuele Nayak bħala Science Star.
“F’isem il-poplu Malti awgurajtilha għal iktar u iktar suċċessi u rringrazzjajtha tax-xogħol fejjiedi li qed tagħmel fil-qasam tal-kura tas-saħħa u n-newroloġija u talli b’ħidmietha qed ittella’ l fuq fl-ogħla postijiet isem pajjizna!”, kiteb il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr Owen Bonnici.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com