Il-Parkeġġ Il-Ġdid Fil-Proġett Tal-Marsa Sar Trakka Tal-Karozzi?
Ritratt li waslilna juri karozzi mill-isbaħ ipparkjati fil-parkeġġ il-ġdid fil-proġett tal-Marsa. Irridu nagħmluha ċara li m’għandna l-ebda interess ngħidu kontra d-‘drifting’ jew kull xorta ta’ sport ieħor relatat mal-karozzi. Anzi, pjuttost naqblu li għandha ssir it-trakka imwiegħda mill-aktar fis.
Imma huwa sew li parkeġ ġdid jintuża hekk? Irrelevanti kienx hemm periklu jew le. Ħarsu lejn is-sinjali fl-art!
Se nirraġunaw bil-mod li, għax għadha ma saritx it-trakka, allura għandhom dritt?!
(Il-karozzi li jidhru fir-ritratt ma jfissirx li għamlu l-marki huma. Intuża r-ritratt li juri l-marka fl-art)
Ritratt: dlpautomotive photography