Il-PL Iħeġġeġ Biex Pajjiżna Jimxi Lejn Legalizzazzjoni Tal-Kannabis

Fi stqarrija mill-Partit Laburista ntqal li qed jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-whitepaper dwar l-użu responsabbli tal-kannabis u tellaq proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bħala stakeholder distint.
Wara li laqa’ numru ta’ sottomissjonijiet li saru u ġie abbozzar qafas għad-diskussjoni, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva d-dokument anness bħala r-risposta għall-istess proċess ta’ konsultazzjoni.