Il-PM Kontra L-Legalizzazzjoni Tal-Abort – Stqarrija Tal-Grupp Parlamentari Laburista
Fi Stqarrija mill-Grupp Parlamentari Laburista li ltaqa’ llum fejn iddiskuta wkoll il-mozzjoni li tressqet minn Deputat tal-Oppożizzjoni fit-12 ta’ Mejju, 2021, intqal li d-diskussjoni fuq suġġett sensittiv bħall-abort issir mis-soċjetà b’mod matur u liberu, u mhux tinħonoq b’mozzjoni bhal din.
Intqal ukoll li din għandha tkun diskussjoni li ma tigix monopolizzata mill-partiti politici fil-Parlament, u tkun mibnija fuq l-onestà u r-rispett lejn fehmiet differenti, bla sensazzjonaliżmu jew kundanni u kontra l-istigma.
Temmet tgħid li l-Prim Ministru diġa kien esprima l-fehma ċara tiegħu dwar is-suġġett, jigifieri kontra l-legalizzazjoni tal-abort. “Peró xorta waħda jemmen li għandu jsegwi bir-reqqa dak li jkun qed jingħad fid-diskussjoni mis-socjeta’.”