Il-PM Robert Abela Tenna Li S-Saħħa Ser Tibqa’ L-Prijorità Tagħna

 Il-PM Robert Abela Tenna Li S-Saħħa Ser Tibqa’ L-Prijorità Tagħna

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-ottimiżmu u l-kawtela li biha qed jimxi pajjiżna fir-rigward tal-ftuħ għat-turiżmu li huwa ferm bżonnjuż gġall-ekonomija ta’ pajjiżna, fejn finalment igawdi minnha l-poplu.

Spjega kif il-prijorità se tibqa’ dejjem is-saħħa tal-maltin u l-Għawdxin fejn anke fl-ajruport ser ikompli jkun hemm moniteraġġ sigur.

Abela qal li l-Gvern ma ħalla lil ħadd waħdu u kompla jinvesti anke fl-eqqel tal-pandemija. Hawnhekk fakkar fil-vawċers tal-mitt ewro kif ukoll fil-wage supplement li għen lill-poplu Malti u Għawdxi. Semma l-kuraġġ li qed jagħtu wkoll is-sidien tan-negozji fejn illum qed jirringrazzjaw lill-Gvern għal mod kif mexa matul din is-sena kruċjali.

Tenna li s-suġġett tal-vaċin kienet fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew fejn anke l-mexxejja Ewropew iċċelebraw il-fatt li Malta sejra tajjeb ħafna f’dan iż-żmien, tant li pajjiżna laħaq l-immunità għall-Covid-19.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq, li pajjiżna, ħadem sa mill-bidu biex iġib kemm jiflaħ vaċċini għall-poplu tagħna. Qal ukoll, li issa, iċ-ċertifikat tal-vaċċin ser ikun iċ-ċavetta u għodda biex ngħixu fi kwalità ta’ ħajja aħħar diment li l-pandemija għadha anke eżistenti, speċjalment f’pajjiżi oħra.

Il-Prim Minsitru qal li l-ġimgħa d-dieħla, Gvern Laburista se jagħlaq 4 snin fit-tmexxija fejn ser elenka wkoll numru ta’ riformi u miżuri li wettaq Gvern Laburista.

In-Nutar Nicolette Vella, il-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri, rappreżentant ta’ lukanda Neal Debono u Jorgen Souness taw is-sehem tagħhom fid-diskussjoni ta’ dalgħodu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com