Il-Presidenti Tal-FIFA u Tal-UEFA F’Malta Aktar Tard Din Is-Sena

 Il-Presidenti Tal-FIFA u Tal-UEFA F’Malta Aktar Tard Din Is-Sena

Waqt laqgħa li saret f’ħdan l-kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol f’Malta, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ħabbar li l-President tal-FIFA Gianni Infantino u l-President tal-UEFA Aleksander Ceferin aċċetaw l-istedina li saritilhom mill-MFA biex iżuru pajjiżna bħala parti miċ-celebrazzjonijiet tal-120 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ l-assoċazzjoni.

Infantino mistenni li jiġi f’pajjiżna fil-bidu ta’ Ġunju fejn ser ikun qiegħed jieħu sehem fl-inawgurazzjoni tal-mużew tal-futbol li qed isir fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Intant Ceferin mistenni li jigi f’pajjiżna f’Settembru li ġej. Huwa ser ikun qiegħed jattendi għal partita li ser jilgħab t-tim Nazzjonali Malti kontra Cipru fl-1 ta’ Settembru, logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza ta’dinja.

Barra minn hekk Ceferin ser ikun qed ipoġġi l-ewwel ġebla taċ-ċentru nazzjonali tal-futbol.

 

Ritratt: FIFA /UEFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com