Il-Pulizija Tikkonkludi Li D-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina M’Għandux Jitressaq Il-Qorti: “M’Hemm Ebda Każ X’Jitressaq”
Wara li fix-xahar ta’ April l-Onorevoli Bezzina ġie nterrogat mill-pulizija dwar allegat każ ta’ korruzzjoni, huwa kien stqarr li dan ma huwa xejn għajr ‘frame-up politiku’.
Aktar kmieni llum il-Pulizija nfurmat lid-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina u lill-avukati tiegħu bil-konklużjoni tal-investigazzjonijiet tagħha fuq allegat każ ta’ korruzzjoni.
Il-Pulizija kkonkludiet li ma hemm ebda każ x’jitressaq fil-konfront tiegħu, u għalhekk il-każ hu magħluq.
Fi stqarrija għall-istampa, il-Partit Nazzjonalista ddikjara li jilqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon. “It-tentattivi minn xi wħud, inkluż tal-Partit Laburista, biex tiġi attakata l-kredibilitá tad-deputat Toni Bezzina u tal-Partit Nazzjonalista sfumaw fix-xejn”, ingħad fl-istqarrija.