Il-Pulizija U L-BOV Bi Twissija Dwar SMSs Qarrieqa
Il-Pulizija u l-Bank of Valletta qed iwissu lill-klijenti tal-bank biex joqgħodu attenti minn SMSs qarrieqa li taparsi qed jintbagħtu minnu.
Il-messaġġi jgħidu li kien hemm tentattiv ta’ pagament jew aċċess għall-kont minn apparat ġdid u jistiednu lill-klijenti biex jekk ma jkunux huma jidħlu f’link’ għal ġo sit elettroniku partikolari.
Waqt li fakkar li s-sit elettroniku tiegħu huwa www.bov.com., il-BOV għamilha ċara li huwa qatt ma jistaqsi għal informazzjoni personali permezz ta’ SMS, email jew media soċjali.