‘Il-Venda Tal-Fjuri’ F’Ħaż-Żabbar B’Awgurju Għal Destiny

Fil-Venda l-antika ta’ Ħaż-Żabbar qed issir l-ewwel edizzjoni ta’ ‘Il-venda tal-fjuri’ fejn din inksiet b’tapit ta’ ‘l fuq minn 25,000 pjanta tal-fjuri bit-tema tal-Eurovision u l-kantanta tagħna, Destiny.
Fi tmiem din il-ġimgħa, dawn il-fjuri mbagħad ser jitħawlu fil-ġonna u l-ġardini li hemm f’Ħaż-Żabbar.
Il-Kunsill Lokali rringrazzja lil dawk kollha li għenuh biex din setgħet tkun possibbli filwaqt li awguraw kull suċċess lill-ambaxxatriċi Maltija Destiny.