Il-WHO Tiddikjara Tħassib Serju Dwar Il-Varjant Indjan

 Il-WHO Tiddikjara Tħassib Serju Dwar Il-Varjant Indjan

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li l-varjant identifikat għall-ewwel darba fl-Indja s-sena li għaddiet huwa ta’ tħassib globali.

Dan għaliex dan il-varjant jinfirex aktar faċilment. Il-varjant Indjan huwa r-raba’ wieħed li ġie ddikjarat bħala ta’ tħassib globali u li jeħtieġ sistemi ta’ traċċar u analiżi ogħla. L-oħrajn huma dawk identifikati fir-Renju Unit, l-Afrika t’Isfel u l-Brażil.

Il-varjant ġie identifikat għall-ewwel darba fl-Indja f’Diċembru u sa issa nstab fi 17-il pajjiż.

Il-Kap Mediku Ingliż Chris Whitty ġie rrappurtat li qal li l-varjant Indjan jidher li huwa inqas probabbli li jkun reżistenti għall-vaċċin minn varjanti oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com