Illum Il-Festa Tas-Salib – Santu Kruċ

 Illum Il-Festa Tas-Salib – Santu Kruċ

Hija magħrufa bħala Santu Kruċ – il-festa tas-Salib. Din hija l-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib li tiċċelebra żewġ avvenimenti storiċi: l-iskopertà tal-Veru Salib minn Santa Elena, l-omm tal-Imperatur Kostantinu, fis-sena 320 taħt it-tempju ta’ Venere f’Ġerusalemm, u d-dedikazzjoni tal-bażilika fis-sena 335 mibnija fuq l-għolja tal-kalvarju minn Kostantinu , li jimmarka s-sit tal-Kruċifissjonu ta’ Kristu.

Il-Bażilika, imsejħa l-Martirju, u s-santwarju, imsejjaħ il-kalvarju, ġew meqruda mill-Persjani fl-614. Il-Knisja tas-Santu Sepulkru nbniet mill-Kruċjati fl-1149. Din il-festa tal-eżaltazzjoni ssir fl-14 ta’ Settembru.

Apparti hekk, din hija ċelebrazzjoni u kommemorazzjoni tal-akbar ħidma ta ‘Alla: ir-rebħa ta’ Gesù fuq il-mewt permezz tas-Salib u l-qawmien tiegħu. Magħha, hija marbuta wkoll din il-festa tas-sejba tas-salib li tiġi ċċelebrata propju llum 3 ta’ Mejju; festa importanti għaliex is-sejba tas-salib fissret ħafna.

Bħal-lum kienet issir festa kbira f’Birkirkara fejn anke toħroġ l-istatwa devota ta’ Santa Liena b’attendenza numeruża.

Ritratt: Facebook/ George Sultana

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com