Inċident Tat-Traffiku Fi Triq Tal-Barrani Fiż-Żejtun

Illum, għall-ħabta tas-5.45, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Jidher li kien hemm impatt bejn e-kick scooter li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 50 sena li jgħix Ħaż-Żabbar u karozza Peugeot 3008 misjuqa minn mara ta’ 51 sena li tgħix iż-Żejtun.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 50 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.