Inċident Tat-Traffiku Fi Triq Wied Iż-Żurrieq Fil-Qrendi

Ilbieraħ, għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.
Mill-ewwel investigazzjoni, jidher li seħħet ħabta bejn Isuzu TFS, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara, u Mazda Demio, misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi. Fil-Mazda kien hemm ukoll tliet ġuvintur ta’ 17-il sena residenti Ħal Qormi.
Ix-xufier u l-passiġġiera fil-Mazda ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, wieħed mill-passiġġieri tal-mazda ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħra sofrew ġrieħi ħfief. Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin