Infjorata Suċċess – Il-Fjuri U L-Pjanti Se Jitqassmu Lill-Kunsilli Lokali

 Infjorata Suċċess – Il-Fjuri U L-Pjanti Se Jitqassmu Lill-Kunsilli Lokali

Illum tiġi fi tmiemha l-infjorata u l-Valletta Green festival; liema attività ġibdet l-ammirazzjoni ta’ kulħadd.

Mijiet ta’ familji u oħrajn daħlu l-Belt Valletta hekk kif erġajna bdejna mexjin lura għan-normalità b’kawtela.

Din kienet attività organizzata mill-Valletta Cultural Agency mmexxija minn Jason Micallef li tat spinta sew lill-Kapitali f’dawn il-jiem importanti, fejn bdejna nerġgħu nieħdu r-ruħ.

Jason Micallef, Ċermen tal-Aġenzija kiteb li dawk l-eluf ta’ xitel tal-fjuri fi Pjazza San Ġorġ, issa ser ikunu qed jingħataw bħala donazzjoni lil dawk il-Kunsilli Lokali li applikaw biex b’hekk, ikomplu jitgawdew f’komunitajiet oħra.

Ħabbar ukoll, li l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta se tkun qed tniedi iżjed attivitajiet fil-jiem li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com