Inizjattiva Mill-Gvern Favur It-Tindif U l-Manutenzjoni Ta’ Pajjiżna
![Inizjattiva Mill-Gvern Favur It-Tindif U l-Manutenzjoni Ta’ Pajjiżna](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/malta-850x560.jpg)
Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela aċċenna kif bħala Gvern se jkompli jiffokka fuq it-tisbieħ ta’ pajjiżna. Semma inizjattiva li se tkun ikkordinata mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fejn fil-ġimgħat li ġejjin, se tibda sensiela ta’ tindif u manutenzjoni madwar il-gżejjer Maltin.
Din se tkun ikkordinata flimkien ma’ ħaddiema tat-tindif, tal-parks, tal-Enemalta u ta’ Transport Malta li se jkunu qed imexxu l-kampanja.
Ritratt: Capture the Atlas