Investiment Ta’ €10 Miljun F’Bulebel

 Investiment Ta’ €10 Miljun F’Bulebel

Iż-żona industrijali ta’ Bulebel se tgawdi minn investiment ta’ €10 miljun.

Dan se jinkludi 6 proġetti ta’ faċilitajiet ġodda, espansjoni li se toħloq 100 impjieg ġdid, proġetti minn Indis Malta u l-ispazju rikreattiv Misraħ il-Ħaddiema.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri fil-50 anniversarju mit-twaqqif taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Filwaqt li ta ħarsa dettaljata lejn kull waħda minn dawn l-inizjattivi li jiffurmaw parti mill-investiment ta’ €10 miljun, Schembri nnota li dan kollu mhux qed isiru b’kumbinazzjoni. Sostna li n-negozi u l-ħaddiema taw il-fiduċja lill-Gvern u din qed tintradd lura lilhom.

Spjega li malli tħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Ministeru beda b’ħidma biex titfassal il-viżjoni ekonomika ħolistika ta’ Malta li se tolqot kull settur, bi proposti u miri ċari li jħallu riżultat għall-irkupru ekonomiku.

Għall-okkażjoni, inkixfet memorja kommemorattiva li tirrappreżenta pilastru għal kull deċennju, u tħawwlu 5 siġar li ssiġġillaw l-impenn tal-Gvern lejn il-ħaddiema u ż-żoni industrijali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com